Vision+ Group
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • More
    • Artistic Event (2014)
    • Il-Kodiċi >
      • Kodiċi tal-Għadu
      • Kunflitt
      • Kliem ix-Xitan
      • Kontroll
      • FAQ
      • Testimonjanzi
    • VisionWorld
  • Nubis
    • Levels >
      • 3
      • 4
      • 5
      • 7
      • 8
      • 10
Picture
'Storja unika u oriġinali.' S Bonnici

'Xħin tibda taqrah ma tkunx tista' terħieh minn idejk. Iħallik bil-kurżità sal-aħħar.' R Buttigieg

'Għoġobni mmens l-istil ta' kitba iktar minn xejn. Jien u naqra bdejt nistħajjilni qiegħed nara film.' A Mangion
​
'Impressjonajt ruħi bis-sengħa tant professjonali tal-awtur minkejja li għadu frisk f'dan il-qasam.' K Aquilina

'Prosit ta' kemm żammejtni mwaħħal naqra! Wieħed mill-ftit kotba bil-Malti li qrajt li kelli ngħaddi lejl sħiħ fuqu.' D Grech

'Bħala persuna li normalment ma naqrax dan l-istil ta' kotba, nista' ngħid li ma stajtx nitilqu minn idi u qrajtu f'kemm ilni ngħidlek. Nistenna bil-ħerqa li naqta' l-kurżità fil-volumi li jmiss.' J Smith

'Irnexxielek toħloq wieħed mill-aktar karattri antipatiċi fl-istorja tal-letteratura Maltija. Helios ħaqqu kull disprezz minkejja l-pożizzjoni għolja tiegħu!' P Cutajar

'Prosit ħafna ta' dan l-ewwel ktieb. L-istil tal-awtur huwa uniku u jolqot l-għajn.' M Sciberras

'Tort tiegħek li għamilt lejl imqajjma naqrah! Intlift fih!' T Chetcuti

'Il-ktieb jibda bi skoss karattri u fil-bidu jifxlek naqra. Biss, meta l-istorja tiżviluppa sew u tidħol fiha m'għandekx ċans tagħlqu.' L Briffa

'Minkejja l-ammont kbir ta' karattri l-istorja aktar tissaħħaħ u ssammrek milli ġġagħlhek tieqaf.' G Debono

'L-awtur għandu sengħa kbira biex minflok taqta' qalbek taqra l-istorja aktar jagħtik kuraġġ timxi. Jien kont xettiku fil-bidu iżda issa sirt ammiratur kbir tal-kittieb.' R Busuttil

'Jekk tħobb tinħasad u xi ftit provokazzjoni dan il-ktieb huwa essenzjali fil-librerija tiegħek.' C Scerri

'Il-punt li għandek gwerra tal-imħuħ għaddejha huwa biżżejjed għalija biex naqrah. Qatt f'Malta ma rajt novella bħal din!' T Agius

'Fl-ewwel volum ma kontx naf x'se nistenna u għoġobni ħafna. Fit-tieni volum lanqas u weħilt miegħu. It-tielet volum litteralment qatagħni minn saqajja.' D Gauci 

'Ġa tajtna biżżejjed suspense biex iġġagħlni nkompli naqra bla waqfien!'' M Vella

'Prima Facie lanqas jibda ma' dan!' J Galea

'Thriller Malti li qatt ma nobsor li kont se nara fuq xkaffa tal-kotba. Ġa impressjonat bit-talent tal-awtur.' E Scicluna

'Fl-aħħar rumanz Malti li mhux storiku u lanqas romantiku! Xbajt nixtri kotba ta' Emilio Lombardi għal ommi għax għalija ma stajtx insib wieħed tajjeb.' B Mallia

'Sultana jista' jkun il-pijunier ta' thrillers Maltin!' A Vassallo

'L-ewwel ktieb kelli naqrah tliet darbiet tant kemm għoġobni. It-tieni wieħed sammarni aktar.' B Muscat

'Huma kotba għal nies maturi li jitolbu minnek ċerta serjeta'. Id-dettalji li l-awtur jidħol fihom jimpressjonawk.' J Said

'Qed nieħu gost li fl-aħħar hawn rumanz Malti li jista' jitqies bħala thriller. Din is-sensiela qiegħda fuq livell ma' kotba oħra barranin li tant nisimgħu bihom.' P Camenzuli

'Jekk kelli xi dubju kemm l-awtur hu bravu u kapaċi jżommok neħħejtu kollu bit-tielet volum.' C Pisani

'L-awtur ħoloq bosta karattri li minnhom wieħed kapaċi joħroġ kull tip ta' emozzjoni. Hawn mintix taqra ktieb normali iżda qisek qiegħed issegwi serje sħiħa televiżiva fuq biċċa karta!' H Bajada 

'L-awtur ġagħalni mmiss ktieb bil-Malti wara li qtajt qalbi li se nsib novella mimlija sopriżi u ntriċċi.' K Sant

'Fil-qasam tal-letteratura l-awtur jidher li għadu ġdid. Biss ġa qed juri sengħa ta' wieħed professjonali. Prosit ħafna!' C Gatt 

'Fuq nota komika naf xi qarrejja ħbieb tiegħi li m'azzardawx jaslu fi tmiem għax jafu li ħa jibqgħu jgergru f'qalbhom!' I Apap 

'Kompli żommna b'din in-novella fantastika.' G Sultana 

'Li teħel ma' din l-istorja qisek qed tixrob tazza ilma.' L Piscopo

'Jekk il-qattiel mhux ċertu persuna li naħseb ma nafx min ix-xjafek jista' jkun!' K Debrincat 

'Lejl sħiħ naqra...qatt ma kienet f'għomri!' T Falzon 

'Prosit Joseph, kitba mill-isbaħ...talent promettenti!' J Vella

'Prosit tassew tax-xogħol li għamilt f'dawn iż-żewġ kotba. Nistenna bil-ħerqa t-tielet volum.' S Agius

'Filwaqt illi lill-awtur nifraħlu tal-ħidma bla heda tiegħu, nawguralu għall-futur mimli suċċessi. Ktiba mirquma b'sengħa kbira u b'ħafna ħsieb. Prosit tassew ta' kollox!' A Attard
'One word: mesmerising.' J Farrugia 

'If you don't admire the author's writing skills then you surely don't know what a book is in the first place!' J Meli  

'This story doesn't delve in bloody violence and gore but revolves deeply around mind games, impossible riddles, human conflicts and real-life dramas. Me and my teenage kids love Ark-Anum!' A Jones

'As a student of psychology I was intrigued that a Maltese author has finally got enough guts to write a thriller with this complex theme. I read the first two and was excited about them. The 3rd volume is an experience you need to read to understand the author's professional technique. I've become your greatest fan.' H Pace

'The author is surely becoming popular with these stories as he leaves nothing to the imagination. I'm waiting impatiently for your first novel in English.' D Aquilina

'I'm reading the third volume with such a fast pace there's no chance anyone will stop me.' A Scicluna

'The third volume, which I'm halfway in, is far better than the first two.' O D'Amato

'What you don't find in Malta are books like the one Sultana's released. Thank you for taking the challenge to entertain us.' M Magri

'Just finished the first book. Was spellbound.' L Conti

'When you start reading the books you start to appreciate the author's determination of keeping himself original. I'm not used to mind games and criminal investigations but the author sparked my interest in it.' I Tanti

'The author made me start read Maltese literature again after decades!' J Grima

'Reading Sultana's books made me feel like I'm witness to the events. He's very lucid and detailed. He can be romantic and funny...but when he wants to slap you hard in the face with a surprise he has no mercy! Keep your goods coming!' K Refalo

'The point in these stories isn't the brutality of hands but the geniality of the minds.' F Dalli

'I know Maltese since my grandparents were from the island. The author is capable of making me forget time. He's good in producing such a work that makes you really think. In the end he's pushing himself to make people (not readers) appreciate the Maltese language. Give him support because he does deserve it.' S Lane

'Breaking normal literary rules isn't a blasphemy, instead it's cool! I read Maltese books but prefer to write in English. Misteru Ark-Anum offers Maltese readers one challenge after another. If you love games, riddles and surprises you'll be having a feast here. As I read, the author is a huge fan of Agatha Christie and this looks properly the case. I love Christie and this young author is following accurately her steps. Bring more as people need your works!' P Rapa 

'Mr Sultana is a talented young man. I believe we shall hear more from him in the coming years.' B Cremona

'Kept me thinking much longer after finishing the first novel.' N Balzan 

'Helios character by far is my favorite. What an asshole!' S Ellul 

'It's not a story for kids but if you've second thoughts about it being a story with over-the-top violence and macabre, well, you're in for a very big surprise!' V Spiteri

'More characters with every book (I'm on the third volume) and instead of the story becoming more confusing, the author was smart enough to unite them in ways I wouldn't have believed. This shows great skill.' A Hili 

'Third volume well in and I'm presently in the murders' section. The author's amazing talent keeps you glued. Here you're not only experiencing how riddles are magnificently solved but also the truly original manner in which the victims are killed. It's IMPOSSIBLE to solve the Masked Venetian trap beforehand!' D Baldacchino

'How the list is delivered in the first book, how the conflict starts in the second volume, and how the list is finally used in the third volume is nothing short of amazing. I want MORE.' E Sacco 

'I can't have enough of Ark-Anum...or whatever the hell that is!' O Muscat 

'I know real-life doctors, policemen and even lawyers reading this novel. As well as students and housewives. The author really touches almost every aspect of human life.' Y Bezzina 

'Every volume finishes with a killer cliffhanger (not to mention having one almost with every chapter!).' V Cassar

'As I was reading the first volume a sick mixture of Da Vinci Code and Saw came in mind. By "sick" I mean the author was capable of creating a devilish plot that matches mind torture and riddles in such a good way you end up hooked further in the story instead of being pushed away.' F Zerafa
'Jiena kont iltqajt mal-awtur fil-fiera tal-ktieb sentejn ilu. Kont xtrajt l-ewwel ktieb ta' Misteru Ark Anum. Qrajtu u kont fuq ix-xwiek nistenna t-tieni wieħed. L-awtur ma ddiżapuntaniex.' V Gauci

'Prosit ħafna tat-tliet kotba li ppubblikajt! Fl-aħħar il-ħolma tiegħek kif ukoll tagħna saret realta'. Aħna dejjem kellna fiduċja sħiħa fik u qed nistennew bil-ħerqa aktar xogħol mingħandek.' D Debono

'Iltqajt mal-awtur u rajt kemm hu bniedem umli u ċajtier. Issir ħbieb miegħu qisek qed tixrob tazza ilma. L-istejjer tiegħu, minkejja li forsi ma jolqtukx, jitolbu minnek rispett u attenzjoni.' F Dimech

'L-ewwel nett ridt ngħidlek prosit kbira...ma tlaqtux min idejja qabel qrajtu kollu. Kont qisni ġo film. It-tieni ħaġa ridt nara meta ħa joħroġ it-3 volum tiegħu biex inkun minn tal-ewwel li naqrah.' Y Zammit

'L-ewwel nett prosit tassew tal-mod kif jirnexxilek tiżviluppa x-xogħol tiegħek bla ma titlef lill-qarrej. Xtaqt pero insaqsi għala fil-ktieb Ark-Anum filli tuża l-isem Maldex u filli tuża l-isem Malta?' G Pulis

'L-awtur fi żgur ġie inspirat minn films bħal Saw, The Da Vinci Code u s-serje televiżivi 24 u CSI. Minkejja dan il-pinna oriġinali tiegħu tosboq minn qalb dawn it-temi u titfa' n-novelli f'kategoriji għalihom.' L Mejlak

'Meta mort nixtri l-ktieb jien ġa kien hemm ħamsa oħra qabli. Dan juri li l-ktieb qabad udjenza ġmielha. Qiegħda f'nofsu u ma nistax nitilqu minn idejja. Dejjem irrid naqra aktar għax kull kapitlu jiftaħlek bieb ġdid li tkun trid tgħaddu minnu.' D Briffa

'L-istorja kif inhi mibnija turi li fi żgur bosta affarijiet oħra għadhom iridu jiġru fil-volumi li jmiss. Wieħed jibda jissoponi ħafna kif il-misteri jistgħu jissolvew imma l-istorja tidher maħsuba sewwa mill-awtur u mhux malajr taqtagħha.' L Muscat (awtur ta' Beraq fil-Bnazzi)

'Il-fatt li l-awtur jipprova jagħti widen għall-kummenti u s-suġġerimenti tal-qarrejja juri biċ-ċar kemm hu kittieb umli u li jixtieq jikteb aħjar kemm għal gost tiegħu personali kif ukoll għall-qarrejja. Din l-attitudni u dan il-kuntatt ma rajtu fl-ebda kittieb ieħor Malti.' S Abela

'Il-ktieb bellahni, ħallieni b'ħalqi miftuħ apparti li ntlift fih u ġibli aktar kurżita'. Hemm twist lejn l-aħħar li fi żgur ma tistennix u għaldaqstant l-awtur reġa' wera l-kapaċita' tiegħu li jaħsdek meta mingħalik ġa taf kollox. Karattru prinċipali f'dan il-ktieb se joffri sorpriża li se ġġagħlek taqra t-tielet ktieb mill-bidu...biex issib id-dettalji kollha li se jwasslu għal dak il-mument impressjonanti! Lill-awtur nitolbu biex ifittex jeħles ir-raba' ktieb.' C Scicluna 

'Huwa ktieb fejn il-psikoloġija twassal għall-azzjoni. Il-gwerra sublimi fejn il-moħħ iservi tal-akbar għadu...jew l-aqwa ħabib, skont il-pożizzjoni tal-individwi. Il-manipulazzjoni ta' qattiel mhux magħruf se ġġiegħel biex it-taqbida mentali tikber u tisħon aktar. Mhux ktieb għal min irid jirrilassa għax il-kurżita' li jixgħel fik l-awtur hi tal-biża'. It-tmiem se jġagħlek bilfors tistenna r-raba' volum biex joħroġ. Nispera li l-awtur kapaċi jurina xi ħaġ'oħra ġdida għax, ngħidha kif inhi, s'issa ġa laħaq livell professjonali ħafna.' S Theuma 

'Wara li qrajt iż-żewġ kotba ta' Misteru Ark-Anum li jġibu l-isem ta' Kodiċi Hostis u Kunflitt rispettivament, ninsab ħerqana ħafna biex meta jkolli t-3 ktieb f'idejja nkun naf eżattament x'se jiġri. Nammira ħafna l-kitba tal-awtur. Il-mod li bih joħloq il-kapitli qisek qed tarahom quddiem għajnejk u għalhekk tifhem l-istorja aħjar. Ma kontx nafu minn dejjem lil awtur imma malli sirt nafu tħajjart nixtri l-kotba tiegħu u ngħid il-verita' ma jiddispjaċini xejn. Minn qalbi nawguralu iktar suċċessi fil-kitba għax għandu futur. Nittama li iktar qarrejja jibdew jaqraw il-kotba tiegħu għax awtur ta' vera bhal Joseph, għadni qatt ma kellimt.' A Spiteri

'Din id-darba l-awtur irnexxielu jifqagħli moħħi għax bdejt nipprova nagħmel bħal kull min hu nvolut: insolvi l-każ qabel. Vera uża strateġija tajba kif wassal kemm lill-karattri kif ukoll lill-qarrejja biex isibu l-katavri. Il-ktieb ħaqqu kull tifħir kif ġew żviluppati d-delitti, u fuq kollox, kif l-assassin għandu kapaċita' kbira jimmanipula lil dak li jkun. Ktieb miktub bi ħsieb li ma jkollokx qalb titilqu minn idejk. Issa jkolli nibqa' bil-kurżita sakemm joħroġ li jmiss. Għal min għadu ma qrahx inħeġġiġkom biex tixtru l-ewwel tnejn ukoll, għax wara kollox din hi sensiela, u ma jiddispjaċikomx. Għal min iħobb logħob bil-moħħ se jkollu spettaklu b'dan il-ktieb.' K Abela

'L-awtur għandu pjan ta' storja li kitibha b'għaqal u talent kbir għaliex kien kapaċi jżomm il-qarrej sal-aħħar minuta anzjuż u jistenna xi volum ta' ktieb ieħor jiġi miktub. Irnexxielu jnissel ħafna ħsibijiet waqt l-istorja li l-qarrej bla ma jrid jaħseb jew jistenna li se tiġri xi ħaġa, meta ssir xi ħaġ'oħra. Sinċerament ngħidlu li wara kull azzjoni li ssir fil-ktieb hemm ħsibijiet profondi fihom li lili ħallewni naħseb mhux kif kitibhom biss imma kif irnexxielu jaħsibhom?! Prosit minn qalbi lill-awtur. Jien ilni nafu personalment għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Il-kitba hija xi ħaġa li dejjem ħabbejt u nibqa' ngħożż kemm ikolli għomor u nammirah għal fatt li rnexxielu jasal fejn dejjem xtaq u ħolom. Xi ħaġa li kellna komuni kemm ilni nafu u li hu rnexxielu jgħaddini għax ĦADEM! U l-aħħar u mhux l-inqas, kont xempju tal-mitkellem Malti. Ma naqbilx jekk saru xi kummenti negattivi fuq il-fatt li l-kliem kien ċar u tond u spiru pront. Ir-realta' tal-ħajja ta' kuljum l-ebda bniedem ma jista' jiċħadha. Il-kitba hija arti miktuba mill-kittieb u l-istess ħajja li ngħixu aħna lkoll hija l-arti mgħixa mill-bniedem stess. J'alla l-kitba bil-Malti, kienet, għadha u tibqa' tissaħħaħ permezz ta' xi ħadd bħalek. Nifraħlek minn qalbi u nistennew iktar mingħandek.' J Abdilla
info@visionplus.org                                                                                                      Vision+ © 2013-8
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • More
    • Artistic Event (2014)
    • Il-Kodiċi >
      • Kodiċi tal-Għadu
      • Kunflitt
      • Kliem ix-Xitan
      • Kontroll
      • FAQ
      • Testimonjanzi
    • VisionWorld
  • Nubis
    • Levels >
      • 3
      • 4
      • 5
      • 7
      • 8
      • 10
✕