Vision+ Group
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • Games
    • Nubis >
      • What is Nubis?
      • Geography
      • Bosses
      • Gameplay
  • More
    • Artistic Event (2014)
  • Online Store
  • >
  • Digital Books
  • >
  • Imrar u Mħabba

Imrar u Mħabba

SKU:
€8.00
€8.00
Unavailable
per item

Samira hi tfajla innoċenti u b’qalb tad-deheb. Tgħix ġewwa l-Indja, pajjiż kemxejn primittiv. Ġiet addottata sa minn età żgħira ġo familja fqira. Filwaqt li tgħix ħajja sempliċi l-ħolma tagħha hi li xi darba titlaq mill-pajjiż biex issib mezz aħjar ta’ għixien.


Lisa, tfajla bil-virtujiet simili ta’ Samira, tgħix ġewwa l-Ingilterra. Il-familja tagħha hi sinjura u ma jonqosha xejn. Lisa tħabbrek biex tistudja l-lingwi, suġġett li għaliha huwa passjoni u mezz qawwi ta’ għarfien. Fl-istess waqt tqisu bħala għodda sinjifikanti għal xogħol tajjeb. 


Ben, ġuvni fuq ruħu… kultant iżżejjed. Kattiv jew ġentlom, skont lil min ikollu quddiemu. Barra minn hekk, f’ċerti ċirkustanzi, il-preżenza tiegħu hi neċessarja daqskemm tinħass żejda.


Mark, ġuvni kwiet imma b’kilba għas-sess. Jgħid li jħobb ta’ veru, imma l-passjoni tiegħu ta’ spiss tinbidel f’ġuħ karnali. Minkejja li ġieli pprova jmur pass iżjed ’il quddiem, qatt ma wasal fejn daqqlu moħħu. S’issa…


Bejniethom l-erbgħa, apparti li r-rakkont jinfirex fuq żewġ kontinenti u tliet pajjiżi, nies oħra se jintlaqtu mid-deċiżjonijiet tagħhom. Qalb drama, romantiċiżmu u tensjoni, il-ħajja tagħhom tinqaleb kontinwament. Min se jsofri l-iżjed minnhom? Min ħaqqu l-agħar kundanna?     





Biex tniżżlu bħala:


oBook - https://octavo.app/en/store/obooks/imrar-u-mabba


eBook - https://www.smashwords.com/books/view/1167659 (għall-verżjoni Kindle niżżel il-fajl mobi)

  • Facebook
  • Twitter
  • Pinterest
  • Google+
Add to Cart
info@visionplus.org                                                                                                      Vision+ © 2013 - 2022
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • Games
    • Nubis >
      • What is Nubis?
      • Geography
      • Bosses
      • Gameplay
  • More
    • Artistic Event (2014)