Vision+ Group
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • Games
    • Nubis >
      • What is Nubis?
      • Geography
      • Bosses
      • Gameplay
  • More
    • Artistic Event (2014)
  • Online Store
  • >
  • Books
  • >
  • Poeżiji b'Differenza

Poeżiji b'Differenza

SKU:
€7.00
€7.00
Unavailable
per item
Kull tip ta’ arti li teżisti fid-dinja hi sengħa unika ta’ min jipprattikaha. Is-sbuħija tal-arti tidher fil-beraħ biex tiġi apprezzata, imma hawnhekk kulħadd jara r-riżultat finali; riżultat li jkun ilu jiġi żviluppat għal żmien twil - saħansitra snin.


Il-poeżija, mhux b’inqas, hi tweġiba ħierġa minn ruħ espressiva. Il-poeżija hi forma ta’ messaġġ eleganti li spiss iwassal biex dak li jaqraha jirrifletti fuqha. Il-messaġġ jista’ jkun dirett, jew inkella subliminali (jinftiehem biss meta timmedita fuq il-linji).


B’dan il-ktieb, il-poetessa tippreżentalna l-ħajja kurrenti u żżewwaq bosta episodji b’esperjenzi li jistgħu jkunu personali jew inkella titkellem hi għal fomm ħaddieħor. Is-seħer li joħroġ minn dawn il-linji mhux għax taf li ċerti affarijiet jiġru u dak li jkun xeba’ jisma’ fuqhom, imma għax jagħtuk okkażjoni biex tieqaf u tagħmel xi ħaġa minnhom.
​

Poeżija forsi ma tbiddilx ħajja, imma turik angolu differenti fl-ambjent ta’ madwarna li tajjeb titgħallem iżjed fuqu.



 
  • Facebook
  • Twitter
  • Pinterest
  • Google+
Add to Cart
info@visionplus.org                                                                                                      Vision+ © 2013 - 2022
  • Home
  • About Us
  • Online Store
  • Games
    • Nubis >
      • What is Nubis?
      • Geography
      • Bosses
      • Gameplay
  • More
    • Artistic Event (2014)